factograf
MT
Sign in

Multiplikazzjoni

Multiplikazzjoni
Erba' boroż b'tliet boċċi f'kull borża jagħtu tnax-il boċċa (4×3=12).
Erba' boroż b'tliet boċċi f'kull borża jagħtu tnax-il boċċa (4×3=12).
Multiplikazzjoni tista' wkoll titqies bħala skalar. Hawnhekk, 2 qed jitkattar b'3 bl-użu tal-iskala, li jagħti 6 bħala riżultat.
Multiplikazzjoni tista' wkoll titqies bħala skalar. Hawnhekk, 2 qed jitkattar b'3 bl-użu tal-iskala, li jagħti 6 bħala riżultat.
4 × 5 = 20. Ir-rettangolu kbir huwa magħmul minn 20 kwadru, kull unità waħda b'unità waħda.
4 × 5 = 20. Ir-rettangolu kbir huwa magħmul minn 20 kwadru, kull unità waħda b'unità waħda.
3 images

Il-multiplikazzjoni jew tkattir hija waħda mill-erba' operazzjonijiet matematiċi elementari tal-aritmetika, b'dawk l-oħra jkunu ż-żieda, tnaqqis, u taqsim. Ir-riżultat ta' operazzjoni ta' multiplikazzjoni jissejjaħ prodott. Din l-operazzjoni hi spiss murija b'salib mindud (×), b'tikka tan-nofs (⋅), b'ġukstapożizzjoni (bħall-ġabra), jew, fuq il-kompjuters, b'stilla (*).

It-tkattir ta' numri sħaħ tista' titqies bħala żieda ripetuta; jiġifieri, il-multiplikazzjoni ta' żewġ numri hija ekwivalenti għaż-żieda ta' kemm kopji ta' wieħed minnhom, il-multiplikant, daqs il-kwantità tal-ieħor, il-multiplikatur; iż-żewġ numri jistgħu jissejħu fatturi.

{\displaystyle a\times b=\underbrace {b+\cdots +b} _{a{\text{ darbiet}}}}

Liema hu il-multiplikant u l-multiplikatur jista' jkun ambigwu jew jiddeppendi fuq il-kuntest. Pereżempju, l-espressjoni {\displaystyle 3\times 4} tista' tingħad bħala "3 mkattar b' 4", iżda wkoll tista' tiġi "3 gruppi t'4". It-tnejn jistgħu jiġu kkalkulat billi żżid 3 kopji t'4 flimkien:

{\displaystyle 3\times 4=4+4+4=12}

Hawnhekk, 3 (il-multiplikatur) u 4 (il-multiplikant) huma l-fatturi, u 12 huwa l-prodott.

Waħda mill-proprjetajiet ewlenin tat-tkattir hija l-proprjetà kommutattiva, li tgħid f'dan il-każ li ż-żieda ta' 3 koppji ta' 4 tagħti l-istess riżultat bħaż-żieda ta' 4 koppji ta' 3:

{\displaystyle 4\times 3=3+3+3+3=12}

Għalhekk, l-għotja tal-multiplikatur u tal-multiplikant ma taffettwax ir-riżultat tal-multiplikazzjoni.

Ġeneralizzazzjonijiet sistematiċi ta' din id-definizzjoni bażika jiddefinixxu l-multiplikazzjoni ta' numri interi (inklużi numri negattivi), numri razzjonali (frazzjonijiet), u numri reali.

It-tkattir tista' tintwera wkoll bħala għadd ta' oġġetti rranġati f'rettangolu (għal numri sħaħ) jew bħala konstatazzjoni tal-erja ta' rettangolu li l-ġnub tiegħu għandhom xi tulijiet mogħtija. L-erja ta' rettangolu ma tiddependix fuq liema naħa titkejjel l-ewwel—konsegwenza tal-proprjetà kommuttattiva.

Il-prodott ta' żewġ kejliet (jew kwantitajiet fiżiċi) huwa tip ġdid ta' kejl, ġeneralment b'unità derivata. Pereżempju, il-multiplikazzjoni tat-tulijiet (f'metri jew piedi) taż-żewġ naħat ta' rettangolu tagħti l-erja tiegħu (f'metri kwadri jew piedi kwadri). Prodott bħal dan huwa s-suġġett ta' analiżi dimensjonali.

L-operazzjoni inversa tat-tkattir huwa t-taqsim (diviżjoni). Pereżempju, peress li 4 imkattar b'3 huwa 12, 12 maqsum f'3 huwa 4. Tabilħaqq, tkattir bi 3, segwita minn taqsim b'3, tagħti n-numru oriġinali. It-taqsim ta’ numru għajr 0 magħha stess huwa 1.

Diversi kunċetti matematiċi jespandu fuq l-idea fundamentali tat-tkattir. Il-prodott ta' sekwenza, tkattir vetturali, numri kumplessi, u matriċi huma kollha eżempji fejn jidher. Dawn il-binjiet aktar avvanzati għandhom it-tendenza li jaffettwaw il-proprjetajiet bażiċi, bħalma jsiru nonkommutattivi f'matriċi u xi forom ta' tkattir vetturali jew jibdlu s-sinjal ta' numri kumplessi.

Read next

In 128 languages

mtAfrikaansAlemannischአማርኛaragonésالعربيةمصرىasturianuazərbaycancaتۆرکجهбашҡортсаBikol Centralбеларуская (тарашкевіца)беларускаябългарскиবাংলাབོད་ཡིགbrezhonegbosanskiбуряадcatalà閩東語 / Mìng-dĕ̤ng-ngṳ̄کوردیčeštinaчӑвашлаCymraegdanskDeutschΕλληνικάemiliàn e rumagnòlEnglishEsperantoespañoleestieuskaraفارسیsuomiNa Vosa VakavitifrançaisNordfriisk贛語kriyòl gwiyannenGàidhliggalego客家語 / Hak-kâ-ngîעבריתहिन्दीFiji HindihrvatskimagyarհայերենinterlinguaBahasa IndonesiaIdoíslenskaitaliano日本語Patoisla .lojban.Jawaქართულიқазақшаಕನ್ನಡ한국어кыргызчаLatinaລາວlietuviųlatviešuमगहीмакедонскиമലയാളംमराठीBahasa Melayuမြန်မာဘာသာनेपालीनेपाल भाषाNederlandsnorsk nynorsknorskNovialoccitanOromooଓଡ଼ିଆਪੰਜਾਬੀpolskiپښتوportuguêsRuna Simiromânăрусскийᱥᱟᱱᱛᱟᱲᱤsicilianusrpskohrvatski / српскохрватскиSimple EnglishslovenčinaslovenščinachiShonaSoomaaligashqipсрпски / srpskiSundasvenskaKiswahiliதமிழ்తెలుగుтоҷикӣไทยTürkmençeTagalogtoki ponaTürkçeтатарча / tatarçaукраїнськаاردوoʻzbekcha / ўзбекчаvènetoTiếng ViệtWinaray吴语хальмгisiXhosaייִדישYorùbáVahcuengh閩南語 / Bân-lâm-gí粵語中文

Text from Wikipedia, CC BY-SA 4.0 · Source article