factograf
MT

William Shakespeare

William Shakespeare

Key facts

data tat-twelidApril 1564
data tal-mewt23 ta’ April 1616
okkupazzjonidrammaturgu, poeta, attur tal-palk
post tat-twelidStratford-upon-Avon
post tal-mewtStratford-upon-Avon
sieħeb/sieħba fiż-żwieġAnne Hathaway
All data from the card 18
Twelid
Stratford-upon-Avon (mul) , April 1564
Nazzjonalità
Renju tal-Ingilterra
Residenza
Stratford-upon-Avon (mul)
L-ewwel lingwa
Ingliż modern bikriIngliż Brittaniku
Mewt
Stratford-upon-Avon (mul) , 23 April 1616 (Julian)
Post tad-dfin
Knisja tat-Trinità Mqaddsa
Kawża tal-mewt
kawżi naturali (mard)
Missier
John Shakespeare
Omm
Mary Shakespeare
Konjuga/i
Anne Hathaway (7 Diċembru 1582 (Julian) - 23 April 1616 (Julian))
Ulied
uri Susanna Hall (en) Hamnet Shakespeare (mul) Judith Quiney (mul)
Aħwa
uri Joan Shakespeare (en) Edmund Shakespeare (en) Gilbert Shakespeare (mul) Richard Shakespeare (en) Anne Shakespeare (en) Margaret Shakespeare (en) Joan Shakespeare (en)
Alma mater
King Edward VI School, Stratford-upon-Avon (en)
Lingwi
Ingliż modern bikriIngliż BrittanikuIngliż
Okkupazzjoni
drammaturgupoetaattur tal-palkkittiebatturkonsulent drammaturgu
Influwenzat minn
Plautus (mul) Plutarch (mul) Christopher MarloweThomas Kyd (en) OvidjuSeneca (mul)
Moviment
English Renaissance (en)
Moviment artistiku
William Shakespeare's plays (en) Shakespearean comedy (en) Shakespearean tragedy (en) poeżija narrattivaepitaph (en)

William Shakespeare (Stratford-upon-Avon, 26 ta' April 1564 - Stratford-upon-Avon, 23 ta' April 1616) kien poeta u drammaturgu Ingliż, meqjus bħala l-aqwa kittieb fl-ilsien Ingliż u l-aqwa drammaturgu tad-dinja. Ħafna jsejħulu wkoll il-poeta nazzjonali tal-Ingilterra u l-"Bard of Avon". Ix-xogħlijiet li wasslulna tiegħu jinkludu 38 dramm, 154 sunett, żewġ poeżiji narrattivi twal, u ħafna poeżiji. Id-drammi tiegħu nqalbu fl-ilsna ewlenin kollha tad-dinja u jsiru rappreżentazzjonijiet tagħhom iktar minn ta' kull drammaturgu ieħor fid-dinja.

Ta' 18-il sena, iżżewweġ lil Anne Hathaway, li minnha kellu tliet ulied: Susanna, u t-tewmin Hamnet u Judith. Bejn l-1585 u l-1592, beda karriera mimlija suċċessi f'Londra bħala attur, kittieb u propjetarju bi sħab ta' kumpanija drammatika bl-isem The Lord Chamberlain's Men, iktar tard imsejħa the King's Men. Irtira fi Stratford xi tliet snin qabel ma miet. Billi ftit li xejn jeżisti tagħrif storiku fuq il-ħajja privata tiegħu, tul iż-żmien ħafna spekulaw fuq id-dehra fiżika tiegħu, is-sesswalità tiegħu, it-twemmin reliġjuż tiegħu, u jekk hux tassew il-kitbiet tiegħu kitibhomx hu jew oħrajn.

Shakespeare kiteb ħafna mix-xogħlijiet tiegħu bejn l-1589 u l-1613. Id-drammi tiegħu tal-bidu kienu kummiedji u drammi storiċi, ġeneri li hu għolla għal livell artistiku għoli lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Imbagħad sal-1608 kiteb l-aktar traġedji, fosthom Hamlet, King Lear, Othello, u Macbeth, meqjusin fost l-aqwa xogħlijiet fil-letteratura Ingliża. Fl-aħħar fażi tiegħu, kiteb l-aktar traġikummiedji, magħrufin l-aktar bħala romanzi, u ħadem ma' drammaturgi oħra.

Ħafna mid-drammi tiegħu ġew ippubblikati f'ħajtu. Fl-1623, tnejn milli kienu jaħdmu miegħu ippubblikaw il-First Folio, antoloġija tad-drammi kollha tiegħu ħlief tnejn.

Shakespeare kien poeta u drammaturgu stmat f'ħajtu, imma l-fama kbira li għandu llum ma bediex igawdiha qabel is-seklu 19. Ir-Romantiċi faħħru l-ġenjalità tiegħu u l-Vittorjani tant kienu jadurawh li George Bernard Shaw sejħilha bardolatry. Fis-seklu 20, xogħlijiet ġew riskoperti minn movimenti ġodda. Id-drammi tiegħu għadhom popolari ħafna fi żmienna u kontinwament jiġu studjati, esegwiti, u ri-interpretati f'kuntesti kulturali u politiċi diversi madwar id-dinja.

Drammi ta' Shakespeare

Kummiedji

  • Kollox tajjeb li jispiċċa tajjeb (All's Well That Ends Well)
  • Hekk Kif Jogħġbok (As You Like It)
  • Il-Kummiedja tal-Iżbalji (The Comedy of Errors)
  • Mitlufa l-Piena tal-Imħabba (Love's Labour's Lost)
  • Qies għal Qies (Measure for Measure)
  • Il-Merkant ta’ Venezja (The Merchant of Venice)
  • In-Nisa Ferħanin ta' Windsor (The Merry Wives of Windsor)
  • Ħolma ta’ Lejla Sajfija (A Midsummer Night's Dream)
  • Ħafna Storbju fuq Xejn (Much Ado About Nothing)
  • Perikle, Prinċep ta' Tiru
  • L-Imqarba Mmansata (The Taming of the Shrew)
  • It-Tempesta (The Tempest)
  • It-Tnax-il Lejl (Twelfth Night)
  • Iż-Żewġ Ġentlomi ta' Verona (The Two Gentlemen of Verona)
  • Iż-Żewġ Qraba Nobbli (The Two Noble Kinsmen)
  • Ħrafa tax-Xitwa (The Winter's Tale)

Drammi Storiċi

  • Ir-Re Ġwanni
  • Rikardu II
  • Enriku IV, Parti 1
  • Enriku IV, Parti 2
  • Enriku V
  • Enriku VI, Parti 1
  • Enriku VI, Parti 2
  • Enriku VI, Parti 3
  • Rikardu III
  • Enriku VIII

Traġedji

  • Romeo u Ġuljetta (Romeo and Juliet)
  • Korjolanu (Coriolanus)
  • Titu Androniku (Titus Andronicus)
  • Timon ta' Ateni (Timon of Athens)
  • Ġulju Ċesri (Julius Caesar)
  • Macbeth
  • Hamlet
  • Trojlu u Kressida (Troilus and Cressida)
  • Ir-Re Lear (King Lear)
  • Otello (Othello)
  • Antonju u Kleopatra (Antony and Cleopatra)
  • Ċimbelinu (Cymbeline)

Traduzzjonijiet għall-Malti

Alfred Palma qaleb għall-Malti ħafna drammi ta' Shakespeare: 1994: Romeo u Ġuljetta; 1995: Il-Merkant ta’ Venezja; 1996: L-Imqarba Mmansata; 1996: Ħolma ta’ Lejla Sajfija; 1996: It-Tempesta; 1996: Il-Kummiedja tal-Iżbalji; 1996: It-Tnax-il Lejl; 1996: Macbeth; 1997: Hekk Kif Jogħġbok; 1997: Hamlet; 1997: Ġulju Ċesri.

Read next

In 236 languages

mtаԥсшәаAfrikaansAlemannischалтай тилአማርኛaragonésÆngliscOboloअंगिकाالعربيةالدارجةمصرىঅসমীয়াasturianuаварअवधीAymar aruazərbaycancaتۆرکجهбашҡортсаBasa BaliBoarischžemaitėškaBikol Centralбеларуская (тарашкевіца)беларускаяBetawiбългарскиभोजपुरीBislamaবাংলাབོད་ཡིགbrezhonegbosanskiBatak Mandailingбуряадcatalà閩東語 / Mìng-dĕ̤ng-ngṳ̄нохчийнCebuanoکوردیcorsuqırımtatarcačeštinaчӑвашлаCymraegdanskDeutschZazakiडोटेलीΕλληνικάemiliàn e rumagnòlEnglishEsperantoespañoleestieuskaraestremeñuفارسیsuomivõroNa Vosa VakavitiføroysktfrançaisarpetanNordfriiskfurlanFryskGaeilge贛語kriyòl gwiyannenGàidhliggalegoAvañe'ẽगोंयची कोंकणी / Gõychi KonknniBahasa HulontaloHausa客家語 / Hak-kâ-ngîHawaiʻiעבריתहिन्दीFiji HindihrvatskihornjoserbsceKreyòl ayisyenmagyarհայերենԱրեւմտահայերէնinterlinguaBahasa IndonesiaInterlingueIgboIlokanoIdoíslenskaitaliano日本語Patoisla .lojban.JawaქართულიQaraqalpaqshaTaqbaylitJjuадыгэбзэKabɩyɛқазақшаភាសាខ្មែរಕನ್ನಡYerwa Kanuri한국어къарачай-малкъарکٲشُرkurdîкомиkernowekкыргызчаLatinaLadinoLëtzebuergeschлезгиLingua Franca NovaLimburgsLigureLadinlombardlietuviųlatviešuMadhurâमगहीमैथिलीMalagasyMāoriMinangkabauмакедонскиമലയാളംмонголꯃꯤꯇꯩ ꯂꯣꯟमराठीкырык марыBahasa MelayuMirandésမြန်မာဘာသာэрзяньمازِرونیNedersaksiesPlattdüütschनेपालीनेपाल भाषाNederlandsnorsk nynorsknorskNovialNouormandChi-Chewaoccitanlivvinkarjalaଓଡ଼ିଆиронਪੰਜਾਬੀPangasinanKapampanganPapiamentuPicardpolskiPiemontèisپنجابیNawatپښتوportuguêsRuna Simiရခိုင်românăarmãneashtiрусскийрусиньскыйसंस्कृतम्саха тылаᱥᱟᱱᱛᱟᱲᱤsardusicilianuScotsسنڌيdavvisámegiellasrpskohrvatski / српскохрватскиTaclḥitတႆးසිංහලSimple Englishslovenčinaslovenščinaanarâškielâshqipсрпски / srpskiSesothoSundasvenskaKiswahiliꠍꠤꠟꠐꠤślůnskiSakizayaதமிழ்ತುಳುతెలుగుтоҷикӣไทยTürkmençeTagalogtolışiSetswanatoki ponaTürkçeтатарча / tatarçachiTumbukaудмуртئۇيغۇرچە / Uyghurcheукраїнськаاردوoʻzbekcha / ўзбекчаvènetovepsän kel’Tiếng ViệtVolapükwalonWinaray吴语isiXhosaმარგალურიייִדישYorùbáVahcuengh文言閩南語 / Bân-lâm-gí粵語中文

Text from Wikipedia, CC BY-SA 4.0 · Source article