Giuseppe Conte (twieled fit-8 ta' Awwissu 1964) huwa ġurist, akkademiku u politiku Taljan li serva bħala Prim Ministru tal-Italja bejn Ġunju tal-2018 u Frar tal-2021. Politikament qrib il-Movimento 5 Stelle, fil-31 ta' Mejju 2018 ingħata l-inkarigu ta' Prim Ministru mill-President tal-Italja Sergio Mattarella, wara ftehim bejn il-M5S u l-Lega.
Studji
Iggradwa fil-liġi fl-1988 mill-Università La Sapienza ta' Ruma, biex sar avukat taċ-ċivil. Fl-1992 kien visiting scholar għal tliet xhur fl-Università ta' Yale fl-Istati Uniti.
Fl-2000, sar Professore associato di diritto privato u fl-2002 Professore ordinario, u beda jgħallem fil-Libera Università Maria Santissima Assunta, l-Università Roma Tre u l-Università ta' Sassari. Professur tad-dritt privat fl-Università ta' Firenze u ta' Luiss.
Fl-2013, kien elett fil-Kunsill tal-presidenza tal-ġustizzja amministrativa u iktar tard sar viċi president.
