factograf
MT

sit elettroniku

Facebook

Facebook

Key facts

data meta nħoloq4 ta’ Frar 2004
istanza ta'sit elettroniku, xandir soċjali
stabbilit minnMark Zuckerberg
awturMark Zuckerberg
All data from the card 13
Tip
Privata
Fundazzjoni
Cambridge, Massachusetts, Stati Uniti
Fundatur
Steve ChenChad HurleyJawed Karim
Kwartieri ġenerali
Palo Alto, KalifornjaDublin, Irlanda (kwartieri ġenerali għall-Ewropa, l-Afrika u l-Lvant Nofsani)Seoul, Korea t'Isfel (kwartieri ġenerali għall-Asja)
Nies importanti
Mark Zuckerberg, Fundatur u CEODustin Moskovitz, Ko-fundaturSheryl Sandberg, COO Matt Cohler, VP tal-Ġestjoni tal-ProdottChris Hughes, Ko-fundatur
Introjtu
▲ 300 miljun USD (stima tal-2008)
Impjegati
900+
Sit elettroniku
www.facebook.com
Pożizzjoni fuq Alexa
2
Tip ta' sit
Netwerk soċjali
Reġistrazzjoni
Bżonnjuża
Lingwi disponibbli
14-il lingwa
Stat attwali
Attiva

Facebook huwa sit elettroniku li jipprovdi servizz ta' midja soċjali mmexxi minn kumpanija bbażata f'Menlo Park, California. Is-sit tnieda fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg flimkien ma' sħabu fl-Università ta' Harvard. F'dan is-sit, l-utenti jistgħu jirreġistraw, joħolqu profil personali tagħhom, iżidu utenti oħra bħala "ħbieb" u jaqsmu magħhom messaġġi, ritratti, vidjows u ħoloq. L-utenti jistgħu wkoll jissieħbu f'paġni ta' interess u gruppi.

Għall-bidu l-fundaturi llimitaw is-sħubija fis-sit għall-istudenti ta' Harvard biss. Aktar tard bdew jiġu inklużi skejjel u universitajiet oħra, sakemm fl-aħħar infetħet għal kull min għandu 'l fuq minn 13-il sena. Fi Frar tal-2012, Facebook tqiegħed fis-suq permezz ta' Offerta Pubblika Inizjali (IPO) u beda jbigħ stokks lill-pubbliku tliet xhur wara, fejn laħaq kapital rekord ta' $104 miljun. Il-maġġoranza tad-dħul tal-kumpanija ġej mir-reklami li jidher fis-sit.

Sa Ġunju tal-2017, 'il fuq minn 2 biljun utent jaċċessaw is-sit fix-xahar. Din il-popularità wassal għall-istampa sabiex tkopri l-impatt ta' dan is-sit, fosthom fuq l-iskrutinju dwar il-privatezza u l-effetti psikoloġiċi tal-utenti tagħha. Fis-snin riċenti, il-kumpanija affaċċjat kritika fuq l-ammont ta' aħbarijiet foloz, diskors ta' mibegħda u xeni ta' vjolenza.

Storja

Il-Facebook ġie fundat fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg, fi żmien meta kien għadu student ta' dsatax-il sena fl-Università ta' Harvard, bl-għajnuna ta' Andrew McCollum u Eduardo Saverin. Fi tmiem l-istess xahar, iktar minn nofs il-popolazzjoni universitarja ta' Harvard kienu reġistrati ma' dan is-servizz. Dak iż-żmien, Zuckerberg kien ġie megħjun minn Dustin Moskovitz u Chris Hughes għall-promozzjoni tas-sit u l-Facebook kiber għall-Università ta' Stanford, għall-Università ta' Kolumbja u għall-Università ta' Yale. Dan it-tkabbir kompla f'April tal-2004 meta ġie estiż għall-kumplament tal-Ivy League, għall-MIT, għall-Università ta' Boston u għall-Kulleġġ ta' Boston. Fi tmiem is-sena skolastika, Zuckerberg u Moskovitz ittrasferew lejn Palo Alto f'Kalifornja ma' McCollum. Hemmhekk huma krew dar qrib l-Università ta' Stanford fejn magħhom ingħaqdu wkoll Adam D'Angelo u Sean Parker.

Id-dominju attwali, facebook.com, ġie reġistrat bejn April u Awwissu tal-2005 għal somma ta' $200,000, u diversi universitajiet oħra ġew miżjuda fis-sena ta' wara. Maż-żmien, persuni li kellhom l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom b'dominju universitarju (per eżempju.edu,.ac.uk u oħrajn) minn istituzzjonijiet minn madwar id-dinja kisbu r-rekwiżiti sabiex jipparteċipaw. B'hekk, nhar is-27 ta' Frar 2006 Facebook estenda ruħu għall-iskejjel sekondarji u azjendi kbar.

Mis-26 ta' Settembru 2006, Facebook fetaħ għal dawk kollha li għandhom tlettax-il sena jew iktar u li għandhom indirizz elettroniku validu. F'Ottubru 2008, Facebook ħabbar li kien se jagħmel il-kwartieri ġenerali internazzjonali tiegħu ġewwa Dublin, fl-Irlanda.

Minn Settembru tal-2006 sa Settembru tal-2007, il-pożizzjoni fil-klassifiki tat-traffiku tas-siti web skont kif maħruġ minn Alexa, dan is-sit għamel qabża kbira mis-sittin post għas-seba' post. Minn Lulju 2007, daħal fil-klassifika tal-għaxar siti l-aktar viżitati fid-dinja.

Ġewwa Malta, skont rapport maħruġ minn Google Labs, in-numru ta' Maltin fuq dan is-sit matul l-2007 immultiplika ħafna drabi. Matul l-2008 kien hemm splużjoni kbira ta' utenti fuq dan is-sit, fejn dan in-numru kiber biex sa Jannar 2010 hemm madwar 131,000 utent Malti. Barra minn hekk, il-Facebook f'Malta kellu fost l-ogħla rata ta' penetrazzjoni minn madwar id-dinja. Skont Alexa, f'Malta, dan is-sit huwa t-tieni wieħed l-iktar viżitat, wara l-Google.

Sit web

Il-paġna prinċipali tal-Facebook turi formola biex utent li għandu diġà kont jagħmel il-login fuq in-naħa ta' fuq, u formola ta' reġistrazzjoni taħtha għal utenti ġodda.
Il-paġna prinċipali tal-Facebook turi formola biex utent li għandu diġà kont jagħmel il-login fuq in-naħa ta' fuq, u formola ta' reġistrazzjoni taħtha għal utenti ġodda.

L-utenti jistgħu joħolqu l-profili tagħhom b'ritratti, elenki tal-interessi tagħhom, u dettalji oħra personali. Komunikazzjoni bejn il-ħbieb u utenti oħra tista' ssir permezz ta' messaġġi kemm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi, jew permezz tal-użu taċ-chat. L-utenti jistgħu joħolqu u jingħaqdu fi gruppi ta' interess partikulari jew ta' sostenn, fejn xi ftit minnhom huma miżmuma minn organizzazzjonijiet għal skopijiet ta' reklamar. Biex tikkumbatti l-"ġlieda" fuq il-privatezza, il-Facebook tħalli lil kull min għandu profil jagħżel min jista' jara l-profil tiegħu u liema parti jista' jara.

Dan is-sit huwa miftuħ għal kulħadd, huwa b'xejn għall-utenti u l-introjtu huwa ġenerat mir-reklamar.

Read next

In 227 languages

mtAcèhAfrikaansAlemannischአማርኛaragonésÆngliscالعربيةالدارجةمصرىঅসমীয়াasturianuаварअवधीazərbaycancaتۆرکجهBasa BaliBoarischžemaitėškaBikol Centralбеларуская (тарашкевіца)беларускаяBetawiбългарскиभोजपुरीBanjarပအိုဝ်ႏဘာႏသာႏবাংলাbòo pìkkàbrezhonegbosanskicatalà閩東語 / Mìng-dĕ̤ng-ngṳ̄нохчийнCebuanoᏣᎳᎩTsetsêhestâheseکوردیčeštinakaszëbscziсловѣньскъ / ⰔⰎⰑⰂⰡⰐⰠⰔⰍⰟчӑвашлаCymraegdanskdagbanliDeutschThuɔŋjäŋZazakiडोटेलीދިވެހިބަސްΕλληνικάemiliàn e rumagnòlEnglishEsperantoespañoleestieuskaraestremeñuفارسیsuomiføroysktfrançaisarpetanFryskGaeilge贛語galegoAvañe'ẽ𐌲𐌿𐍄𐌹𐍃𐌺ગુજરાતીwayuunaikiGaelgHausa客家語 / Hak-kâ-ngîעבריתहिन्दीFiji HindihrvatskimagyarհայերենԱրեւմտահայերէնinterlinguaJaku IbanBahasa IndonesiaInterlingueIñupiatunIdoíslenskaitalianoᐃᓄᒃᑎᑐᑦ / inuktitut日本語JawaქართულიQaraqalpaqshaTaqbaylitадыгэбзэKabɩyɛTyapқазақшаភាសាខ្មែរಕನ್ನಡYerwa Kanuri한국어کٲشُرRipoarischkurdîкыргызчаLatinaLadinoLëtzebuergeschLingua Franca NovaLimburgslombardລາວlietuviųlatviešuMadhurâमैथिलीMalagasyолык марийMinangkabauмакедонскиമലയാളംмонголဘာသာမန်मराठीBahasa Melayuမြန်မာဘာသာэрзяньمازِرونیNedersaksiesPlattdüütschनेपालीनेपाल भाषाLi NihaNederlandsnorsk nynorsknorskߒߞߏNouormandDiné bizaadChi-ChewaoccitanOromooଓଡ଼ିଆиронਪੰਜਾਬੀPangasinanKapampanganPapiamentuNaijáDeitschpolskiPiemontèisپنجابیپښتوportuguêsRuna Simirumantschromani čhibromânăрусскийIkinyarwandaसंस्कृतम्саха тылаᱥᱟᱱᱛᱟᱲᱤsicilianuScotsسنڌيdavvisámegiellasrpskohrvatski / српскохрватскиTaclḥitတႆးසිංහලSimple EnglishslovenčinaslovenščinaGagana SamoaanarâškielâSoomaaligashqipсрпски / srpskiSeelterskSundasvenskaKiswahiliꠍꠤꠟꠐꠤślůnskiSakizayaதமிழ்ᥖᥭᥰ ᥖᥬᥲ ᥑᥨᥒᥰతెలుగుtetunтоҷикӣไทยትግርኛTürkmençeTagalogtolışitoki ponaTürkçeтатарча / tatarçachiTumbukaTwiтыва дылудмуртئۇيغۇرچە / Uyghurcheукраїнськаاردوoʻzbekcha / ўзбекчаvènetovepsän kel’Tiếng ViệtWest-VlamsVolapükwalonWinaray吴语მარგალურიייִדישYorùbáⵜⴰⵎⴰⵣⵉⵖⵜ ⵜⴰⵏⴰⵡⴰⵢⵜ文言閩南語 / Bân-lâm-gí粵語中文isiZulu

Text from Wikipedia, CC BY-SA 4.0 · Source article