factograf
MT
Sign in

Edward Maya

Edward Maya

Key facts

data tat-twelid29 ta’ Ġunju 1986
okkupazzjoniproduttur tad-diski, disc jockey, kantant
post tat-twelidBukarest
All data from the card 7
Isem sħiħ
Eduard Marian Ilie
Twieled
29 ta' Ġunju 1986
Oriġini
Bukarest, Rumanija
Ġeneru
House, elettronika
Snin ta' attività
2005–preżent
Artisti relatati
Vika Jigulina
Sit uffiċjali
edwardmaya.com

Ilie Eduard Marian, magħruf aħjar bħala Edward Maya (twieled fid-29 ta' Ġunju 1986) huwa mużiċist, produttur u kompożitur Rumen. Matul l-2009 kiseb popolarità kbira kemm fuq bażi Ewropew kif ukoll dak dinji bil-kanzunetta Stereo Love.

Karriera

Matul l-2006, Maya ikkolabora ma' diversi artisti Rumeni u ħadem ukoll fuq il-kanzunetta Tornerò ta' Mihai Trăistariu fil-Festival tal-Eurovision 2006. Suċċessivament, fl-2008, ipproduċa l-album tal-grupp Akcent fejn ta d-daqqa t'id tiegħu fil-kompożizzjoni tas-siltiet Stay with Me, That's My Name u Lover's Cry.

Fis-sajf tal-2009, Maya ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu bħala artist taħt l-isem ta' "Stereo Love". Din sparat għat-tieni post fir-Rumanija u aktar tard saret popolari f'ħafna klabbs imxerrdin madwar id-dinja. Il-kanzunetta rnexxielha tidħol fl-ewwel ħames postijiet tal-klassifiki mużikali ġewwa l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Olanda, ir-Renju Unit u Spanja. Fuq is-sit tal-YouTube il-vidjo uffiċjali ta' din il-kanzunetta laħaq total ta' 75 miljun viżta f'inqas minn tnax-il xahar, u rnexxielha tagħmel rekord ta' 52 ġimgħa fil-klassifika tal-aqwa 100 kanzunetta fl-Ewropa.

Fit-13 ta' Mejju, 2010, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu "This Is My Life", u aktar tard ifforma d-ditta diskografika tiegħu Mayavin Records. Nhar il-Milied tal-istess sena, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu "Desert Rain".

Diskografija

Albums

  • 2011 – The Stereo Love Show

Diski

  • 2009 – Stereo Love (feat. Vika Jigulina)
  • 2010 – This Is My Life
  • 2010 – Close to you (feat. Eda)
  • 2010 – Desert Rain (feat. Vika Jigulina)

Read next

In 38 languages

Text from Wikipedia, CC BY-SA 4.0 · Source article