factograf
MT

Detritivoru

Detritivoru

Detritivoru (mil-Latin '"detritus"' li tfisser materjal organiku mejjet jew żibel), magħruf ukoll bħala saprofagu jew detrivoru huma organiżmi li jirriċiklaw id-detritus (jiddekomponu jew ikissru f' partiċelli iżgħar il-materjal organiku) u b' hekk jerġgħa lura għaċ-ċiklu tal-katina ta' l-ikel.

Eżempju ċar ta' detrivoru huwa l-ħanex ta' l-art li jiekol id-detritus li hu magħmul minn pjanti dekomposti kif ukoll minn materjal ieħor li fiha l-ħamrija. Wikkiel ieħor tad-detritus huwa l-iskarabew li jiekol il-feċi ta' l-annimali, li ħafna drabi jkun fih ammont konsiderevoli ta' nutrijenti. F' dan il-każ id-detritus jista jkun diġa parzjalment jew kompletament dekompost minn organiżmi oħrajn.

Read next

In 37 languages

Text from Wikipedia, CC BY-SA 4.0 · Source article